top of page

Ir-rota tkompli ddur

  • Writer: Anthea Cachia
    Anthea Cachia
  • Nov 23, 2020
  • 1 min read

Għal darb’oħra daqq l-alarm,ix-xemx reġgħet fegghet, il-ħin ma’ jieqaf għal ħadd. Waslet ġurnata oħra mpenjattiva fuq ix-xogħol. Meta niftakar kemm ħdimt biex wasalt f’din il-pożizzjoni, ta’ ġurnalista, ma nistax ma nitbissimx, dan hu d-destin tiegħi. Immur għax-xogħol bħal li kieku qisni sejra btala mimlija kuntentizza.


Erħejtilha lejn il-karozza miksijja nida u xalt il-magna kiesħa, u għafast il-buttuna tar-radju. Ta’ kuljum ngħaddi minn quddiem Grace tal-merċa, mara ħelwa dejjem titbissem. Ta’ kuljum xħin idoqqu t-tokki tat-tmienja tkun qed tistennieni biex ixxejjirli, tpejjep sigarett fuq il-bank ta’ quddiem il-ħanut. Paqpaqtila u bqajt sejra għal trieqti.


Wasalt nofs triq, bit-torturi. Kull ftit sekondi nieqaf, kollu traffiku. B’paniku irrealizzajt li kont qegħda tard, u f’daqqa ddecidejt li ngħaddi minn trieq oħra, xgħalt l-indikaturi u afast kemm flaħt il-gass.


Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page