top of page

Burmarrad Saga - Bulettin tal-aħbarjiet TV

  • Writer: Anthea Cachia
    Anthea Cachia
  • May 26, 2021
  • 2 min read

Updated: Jun 1, 2021

Script sħiħ

Inselmilkom jiena Marianna Calleja minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet/ Dawn huma il-punti ewlenin//


Iktar ħidma minn ‘Infrastructure Malta’ bl-għan li tiżdied is-sigurtà fit-toroq Maltin

Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra ‘Infrastructure Malta’

Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited



Riċentament ħarġet l-aħbar minn Infrastructure Malta li f’Triq il-Kosta se jiġu installati erbgħa (4) speed cameras ġodda / Għalkemm il-kameras kienu installati, għadu wisq kmieni biex nistudjaw jekk l-effett tagħhom huwiex qed jinħass //


Ningħaqdu f’kollegament ma’ Nirayl Grech, minn Triq il-Kosta, biex flimkien nifhmu iktar il-ħidma minn Infrastructure Malta , bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin //

INSERT: NG01_Infrastructure (0:00- 1:55)



Nibqgħu fuq l-istess Ministeru, tal-Onorevoli Dr Ian Borg / Infrastructure Malta riċentament qiegħda tissemma ħafna aktar//


Dan mhux biss minħabba l-proġetti, bl-għan li jtejbu s-sigurta’ tat-toroq Maltin, iżda wkoll minħabba proġetti li jqajmu kontroversja, speċjalment mal-ambjentalisti //


Fis-servizz li jmiss, ta’ Anthea Cachia , niltaqgħu ma’ Andre Callus, wiċċ sinonimu ma’ Moviment Graffitti, kif ukoll ma’ Cane Vella, bidwi li qed isofri taħt l-idejn ħorox ta’ Infrastructure Malta//


INSERT: AC02_ Burmarrad Saga (0:00-1:49 )


Nibqgħu fit-Tramuntana ta’ Malta // Fl-aħħar jiem Mcast News, segwa fil-viċin kontroversja oħra li nqalgħat propju il-Mosta//


Il-ġurnalist Kieran Farrugia ltaqa’ ma’ Keith Cassar, il-kunsillier u l-minority leader fil-Mosta / Insegwu aktar f’dan is-servizz //


INSERT: KF03_Monument (0:00- 1:30 )


Tajjeb ukoll li nagħtu widen lil ambjentalisti u l-assoċjazzjonijiet li qegħdin jieqfu għal abbuż //

Fl-aħħar servizz niltaqgħdu ma’ Dawn Audrienne Saliba mil-Assoċjazzjoni Arc //


Din l-assoċjazzjoni kienet minn tal-ewwel li ġġieldet għal tal-Qares, fil-Mosta //


Insegwu flimkien l-aħħar servizz ta’ Marianna Calleja //


INSERT: MC04_Tal-Qares (0:00-2:00)



Dawn kienu l-punti ewlenin:


Iktar ħidma minn Infrastructure Malta bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin.

Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra Infrastructure Malta

Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited


Grazzi li kontu magħna / Jiena Marianna Insellmulkhom u nixtiequlkom il-kumplament tal-ġurnata t- tajba//



Script Individwali

Is-saga ta’ Burmarrad

Kitba ta’ Anthea Cachia



Għal darb’oħra qieghdin naraw kif, Infrastructure Malta, tefgħet ħaristha u qiegħda thedded art li minnha jiddependi l-għejxien ta’ aktar minn għaxar (10) familji//


Infrastructure Malta qiegħda tippjana li tagħmel roundabout fi Triq is-Sardin, triq ewlenija f’Burmarrad metri ‘l bogħod mill-kwartieri ġenerali tal-Bonniċi Brothers//


Mcast News titkellem ma’ Andre Callus mill-Moviment Graffitti//


Insert Voice clip: [ANDRE Interview](From: 0:50 till: 1:15) (30sec) “Permessi xejn…


Dawn huma l-istess kuntratturi li qiegħdin jipproponu li jinbena supermarket fuq art meqjusa ODZ/ Dan mhux l-ewwel proġett kontroversjali tan-natura tiegħu, mill-kumpanija tal-kuntratturi, dejjem, bl-appoġġ ta’ Infrastructure Malta//


Dawn huma kuntratturi regolari tal-entità tal-Gvern hekk kif fis-snin elfejn u għoxrin (2020) u elfejn wieħed għoxrin (2021) irċivew is-somma totali ta’ ftit inqas minn tmien (8) miljun ewro//


Insert Voice clip: [ANDRE Interview](From: 1:34 till: 2:01) (27sec) “Infurmajna l-obudsman, informajna lill-awtorità …”


Niltaqgħu ukoll ma’ Cane Vella, il-bidwi li huwa l-prorjetarju tal-art fil-kwistjoni tar-roundabout ta’ Burmarrad//


Insert Voice clip: [CANE Interview](From: 3:57 till: 4:11) (14sec) “Bħalissa qiegħdin fid-dlam...”


Filmat individwali


Bulettin Sħiħ


Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page