top of page

Covid-19 Saħħa Mentali

  • Writer: Anthea Cachia
    Anthea Cachia
  • May 21, 2021
  • 2 min read

Is-Saħħa Mentali

kitba ta’ Anthea Cachia


Insert Voice clip: [ Qari Anthea Bulettin]


L-esperjenza tal-pandemija Covid-dsatax (19) kienet waħda turbulenti minn kull aspett, kemm ekonomiku kif ukoll fuq livell emozzjonali/ Din il-pandemija laqtet lil kuħadd b’mod differenti, min laqtitlu l-but u oħrajn il-moħħ//


Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, minn statistika maħruġa f’Ottubru tal-elfejn u għoxrin (2020), jidher li madwar mija u għoxrin elf (120,000) persuna f’pajjiżna għandha tip ta’ kundizzjoni marbuta mas-saħħa mentali//


F’dan ir-rapport, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa jgħid li f’Malta, f’sena jkun hemm madwar mija u ħamsin (150) fatalità kawża ta’ xi diżordni relatata mas-saħħa mentali jew l-imġieba/ Dan ifisser li f’xahar ikun hemm minn tal-inqas żewġ suwiċidji//


Wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li kawża tal-pandemija, is-saħħa mentali ġiet affetwata mhux ħazin u stħarriġ minn Fondazzjoni Richmond, b’kollaborazzjoni ma’ Esprimi juri li, disa’ u tletin punt sitta fil-mija (39.6%), kawża tal-Covid-dsatax, iħossuhom isolati//


Għaldaqstant, Crisis Resolution Team Malta, ingħaqdu b’impenn kbir biex jgħinu persuni li din il-pandemija affetwat b’mod qawwi s-saħħa mentali tagħhom//


Għalhekk, it-tim immexxi mill-psikjatra Dr. Mark Xuereb, ħoloq app ġdida bl-isem ta’ Kriżi/


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 4:51 - 5:14 (23sec)

l-app hija frott …’


Din l-app hija l-ewwel waħda f’pajjiżna li toffri din it-tip t’għajnuna/ L-għan tagħha hija li tgħin lil persuni jikkontrollaw ħsibijiet u azzjonijiet realtati ma’ suwiċidju jew self-harm//


Karatteristika oħra ta’ din l-app hija dik imsejjħa ‘Buddy system’,


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 5:47- 6:27 (40sec)

Buddy system x’inhi?…’


Dott. Mark Xuereb fakkar kif jekk f’pajjiżna hawn bejn tnejn u erba’ persuni li għamlu suwiċidju, għall-kull wieħed li jtemm ħajtu hemm ħamsa u għoxrin li ppruvaw//


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 5:18 - 5:44(26sec)

L-app hemm fiha …’


Il-mard mentali ma tistax tfejqu b’vaċċin bħal Covid-dsatax (19) u allura l-ħtieġa li nieħdu ħsieb il-kwalità tal-ħajja, bħal dejjem għandha tinżamm prijorità//


 
Individual Clip:



Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page