top of page

Bulettin tal-aħbarjiet - Radju - Eżami

  • Writer: Anthea Cachia
    Anthea Cachia
  • May 26, 2021
  • 2 min read

Updated: Jun 8, 2021

Skript - Individwali

It-theddida fuq il-ġibjun

Kitba ta’ Anthea Cachia

Is-saga tal-ġlieda bejn il-bidwi u Infrastructure Malta tkompli tikber//


Cane Vella, bidwi żagħżugħ, ftit tax-xhur ilu, induna permezz ta’ notifika mwaħħla mal-ħajt tal-għalqa tiegħu li kienu se jsiru xi xogħolijiet li bihom kienu se jaffetwaw l-għelieqi tal-madwar/ Inkluż miegħu l-ġibjun li għandhu ‘l fuq minn ħames mitt (500) sena//


Mcast News tkellem ma’ Andre Cassar membru ta’ Moviment Graffitti fejn żvela magħna x’kienu l-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta//


Insert Voice clip: [Andre Interview](From: 0:45 till: 1:15) (30sec)


Minn naħa l-oħra Cane, stqarr magħna//


Insert Voice clip: [CANE Interview](From: 3:12 till: 3:53) (41sec) “Naf li Malta pajjiż żgħir”


Il-bidwi wera r-rabja u l-frustrazzjoni lejn is-sitwazzjoni kurrenti hekk kif saħaq li hu u familtu għandhom s’issa ma’ jafux x’se jsir minnhom//


Insert Voice clip: [CANE Interview](From: 4:13 till: 5:02) (49sec) “Jien li qiegħed nagħmel huwa għas-soċjetà

Skript tal-qari kollhu

Inselmilkhom jiena Anthea Cachia minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet/ Dawn huma il-punti ewlenin//


  1. Iktar ħidma minn ‘Infrastructure Malta’ bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin

  2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra Infrastructure Malta

  3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

  4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited




Nibdew bl-ewwel servizz flimkien ma’ Nirayl Grech, fejn se nkunu qegħdin nagħtu ħarsa lejn in-numru ta’ miżuri li ‘Infrastructure Malta’ qed jieħdu bl-għan li tiżdied is-sigurta’ fit-toroq Maltin //




L-iżvillup hu suġġett li jibqa jitfaċċa fuq il-ġurnali, kif ukoll fuq il-midja soċjali kull tant żmien / Minkejja li għandhom jittieħdu deċiżjonijiet biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-toroq, dan m’għandux isir għad-detriment tal-bdiewa Malti// Naraw aktar fis-servizz imħejji minn Anthea Cachia//




Ftit passi il-bogħod iżda nibqgħu fit-tramuntana ta’ Malta/ Kontroversja li bdiet biss ftit jiem ilu / Iktar fuq il-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta fis-servizz ta’ Kieran Farrugia//




Ngħaddu għall-aħħar servizz/ Fl-elfejn u ħmistax (2015) beda l-iżvillup ta’ kumpless inkluż supermarket fil-limiti tal-Mosta / Sitt (6) snin wara ġie propost il-bini ta’ supermarket ieħor ftit passi l’ bogħod / Nisimgħu aktar fis-servizz ta’ Marianna Calleja //


Dak kien kollox għal-lum / Dawn kienu il-punti ewlenin//


  1. Iktar ħidma minn Infrastructure Malta bl-għan li tiżdied is-sigurta’ fit-toroq Maltin

  2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra ‘Infrastructure Malta’

  3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

  4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited


Grazzi li kontu magħna / Jiena Anthea Cachia, insellmulkhom u nixtiequlkom il-kumplament tal-ġurnata t- tajba//


//Tmiem//


Filmat Individwali


Filmat tal-qari kollhu




Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page